Opri bl-Għana fih żewġ opri bl-għana (folk operas) miktubin minn Frans Sammut - l-ewwel tnejn li qatt inkitbu bil-Malti: Il-Ħakma ta' Monroj u Mannarinu!
L-għana tradizzjonali Malti hu l-aktar mod tradizzjonali ta' espressjoni artistika Maltija. F'dawn iż-żewġ opri, Frans Sammut jikteb dwar żewġ ġrajjiet ta' importanza għall-identit? Maltija: meta l-Maltin fdew ruħhom mill-ħakma ta' Monroj fl-1428 u meta l-Maltin qamu kontra l-Kavallieri fl-Irvell tal-Qassisin immexxi minn Dun Gejtanu Mannarinu fl-1775.